Month: February 2024

Prime Minister of Malta Robert Abela pays a courtesy visit to President of Latvia Edgars Rinkēvičs, followed by a tour at MUŻA.

PR240151

Matul is-Summit Straordinarju tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, intlaħaq ftehim bejn is-sebgħa u għoxrin Mexxej dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Budget Ewropew, magħruf aħjar bħala l-Qafas Multi-Annwali Finanzjarju 2021-2027, l-MFF.

F’din ir-reviżjoni, l-Ukrajna se tkun qed tingħata għajnuna finanzjarja sinifikanti, maqsuma bejn għotjiet u self.

Ġiet allokata wkoll żieda fil-fondi għal migrazzjoni u l-viċinat tan-Nofsinhar.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu fi tmiem dan is-Summit, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li dan il-qbil jawgura tajjeb mhux biss għall-Unjoni Ewropea iżda anke għal Malta. 

Dan hekk kif it-tisħiħ ta’ din l-għajnuna se tkun qed tgħin lill-pajjiżi fil-viċinat tan-Nofsinhar ikomplu jinvestu fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku u sostenibbli ta’ pajjiżhom. 

B’hekk ikunu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u jonqos l-influssi lejn pajjiżna u oħrajn fir-reġjun.

Dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-medda ta’ Gaża, il-Prim Ministru Robert Abela insista li din is-sitwazzjoni mwiegħra ma tistax tkompli tiġi injorata filwaqt li jitilfu ħajjithom eluf ta’ tfal innoċenti. 

“Jeħtieġ waqfien permanenti mill-ġlied filwaqt li l-għajnuna umanitarja għandha titwassal mill-aktar fis possibbli,” saħaq il-Prim Ministru.

“Id-dinjità tal-Palestinjani jeħtieġ li tiġi rispettata u għalhekk irridu nkomplu naħdmu għal soluzzjoni ta’ żewġ stati filwaqt li nirrikonoxxu d-dritt tal-Iżrael li jipproteġi lilu nnifsu,” sostna l-Prim Ministru. 

Il-Prim Ministru Robert Abela appella għal pożizzjoni iktar b’saħħitha mill-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani biex tibqa’ t-tarka tad-drittijiet umani u toffri raġġ ta’ tama lill-popli milquta minn dan il-kunflitt.

Il-Kunsill Ewropew iddiskuta wkoll is-settur tal-agrikoltura, hekk kif fi Brussell u fi bliet oħra madwar l-Ewropa bħalissa għaddejjin protesti dwar regoli Ewropej f’dan il-qasam.