Dwar il-Forum

Grupp ta’ żgħażagħ iwassal l-ideat tiegħu lill-Prim Ministru u lill-Kabinett dwar materji ta’ importanza nazzjonali marbutin mal-viżjoni ta’ Malta fil-preżent u l-futur.

Il-Forum, iffurmat minn disa’ żgħażagħ, ser jintgħażel wara sejħa għall-applikazzjonijiet, u jservi għal terminu ta’ tmintax-il xahar. Wieħed minn dawn il-membri jirrapreżenta l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Dan l-organu jagħti l-opportunità lil żgħażagħ li għandhom bejn 16 u 35 sena sabiex isemmgħu leħinhom fuq temi li mhux neċessarjament jolqtu liż-żgħażagħ direttament iżda huma relatati mal-iżvilupp tal-pajjiż u l-benesseri taċ-ċittadini.

Huma għandhom l-opportunità li jagħtu pariri lill-Gvern fuq liġijiet, strateġiji u pjanijiet li jkunu qed jiġu diskussi lokalment jew fuq livell internazzjonali.

Il-Youth Advisory Forum huwa kkunsidrat bħala kumitat tal-Kabinett u l-Prim Ministru huwa ċ-chairperson tiegħu.

L-applikazzjoni tal-Youth Advisory Forum hija magħluqa.

Il-Membri tal-Forum

Mr Francesco Gellel, 21 – Rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Ms Amy-Jo Mifsud, 27
Mr Thomas Sciberras Herrera, 22
Dr Bernice Sant, 34
Ms Aleandra Muscat, 25
Mr Kurt Mizzi, 27
Mr Francesco Giuseppe Giorgino, 17
Mr Omar Rababah, 33
Mr Ġorġ Vella, 25

Mr Ryan Spagnol – Segretarju