Month: January 2024

PR240009

Meta laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-eks Prim Ministru Taljan u l-persuna inkarigata mill-Presidenzi Żvediża, Belġjana u Spanjola tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea biex tħejji rapport dwar il-futur tas-Suq Waħdieni fl-Unjoni Ewropea f’għeluq it-tletin sena mit-twaqqif tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom igawdu b’mod sħiħ mill-benefiċċji tas-Suq Waħdieni mingħajr ma jinħolqu distinzjonijiet u żvantaġġi.

Primarjament semma l-importanza tal-konnettività għal pajjiż fil-periferija bħal Malta, filwaqt li aċċenna dwar il-bżonn ta’ kundizzjonijiet li jiggarantixxu ekwità fis-Suq Waħdieni fosthom għal aċċess mingħajr xkiel għal mediċini. Dr Abela qal li fil-qasam tal-farmaċewtika għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji biex jiġi assigurat aċċess ġust għall-mediċini għal kulħadd. Il-Prim Ministru Abela rrimarka fuq il-ħtieġa ta’ li nħarsu l-kompetittività ta’ intrapriżi żgħar u medji, li huma s-sinsla tal-ekonomiji tagħna, biex ikomplu jimirħu u jimxu ’l quddiem fis-Suq Waħdieni u jimbuttaw tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni.

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ x-xogħol li qed jagħmel Letta billi mistenni jħejji rapport komprensiv frott diskussjonijiet mhux biss mal-istituzzjonijiet Ewropej iżda anki b’taħdidiet mal-Gvernijiet rispettivi tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward il-Prim Ministru Abela tenna l-ħtieġa ta’ leġislazzjoni aħjar li tqis l-impatt fuq kull Stat Membru u li fl-analiżi tal-impatt tikkunsidra il-ħtiġijiet ta’ kulħadd.  Hawn semma bħala eżempji leġislazzjonijiet ambjentali riċenti bħad-Direttiva Ewropea FIT for 55 u l-Pakkett ta’ Mobbiltà, b’parti minn dan tal-aħħar reċentement dikjarat f’opinjoni tal-Avukat Ġenerali quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropew bħala żball li għandu jiġi null. Għalhekk il-Prim Ministru qal li hemm ħtieġa ta’ proċess leġislattiv aħjar li jqis każijiet partikolari ta’ Stati Membri bħal Malta.

Fil-laqgħa ma’ Letta, Dr Abela qal li l-flessibbiltà f’għajnuna mill-Istat f’setturi kritiċi bħat-trasport, il-konnettività diġitali u l-enerġija fost oħrajn tibqa’ importanti flimkien mar-rispett lejn il-kompetenza nazzjonali fil-politika tat-tassazzjoni. Il-Prim Ministru nnota wkoll l-importanza ta’ rispett lejn il-prinċipju Ewropew ta’ suq ħieles tas-servizzi, biex b’hekk l-Unjoni Ewropea tkun kompetittiva f’oqsma oħra bħall-gaming.

Il-Prim Ministru Robert Abela temm jirrimarka li ħidmet Letta fit-tħejjija ta’ rapport dwar il-futur tas-Suq Waħdieni hi kruċjali għall-viżjoni strateġika u ekonomika tal-Unjoni Ewropea għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada.

PR240007

Il-Prim Ministru Robert Abela għamel numru ta’ ħatriet ġodda fil-Kabinett tal-Ministri.

Chris Fearne se jkun in-nominat ta’ Malta għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew aktar tard din is-sena wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Fix-xhur li ġejjin se jibqa’ jservi fil-Gvern, kemm fl-irwol ta’ Deputat Prim Ministru u kif ukoll bħala Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Andy Ellul se jkun Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru.

Jo Etienne Abela se jkun Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva. Malcolm Paul Agius Galea se jkun Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva.

Jonathan Attard se jkun Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni.


Chris Bonett se jkun Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. Omar Farrugia se jkun Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Clint Camilleri se jkun Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Miriam Dalli se tkun Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Silvio Schembri se jkun Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi.

Clayton Bartolo se jkun Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika. Glenn Bedingfield se jkun Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika.

Stefan Zrinzo Azzopardi se jkun Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

Il-Kabinett tal-Ministri huwa ffurmat kif ġej.

MINISTRI/MINISTERS

L-Onor Chris Fearne – Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Deputy Prime Minister and Minister for European Funds, Social Dialogue and Consumer Protection

L-Onor Owen Bonnici – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Minister for the National Heritage, the Arts and Local Government

L-Onor Ian Borg – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ

Minister for Foreign and European Affairs and Trade

L-Onor Michael Falzon – Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Minister for Social Policy and Children’s Rights

L-Onor Anton Refalo – Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali

Minister for Agriculture, Fisheries and Animal Rights

L-Onor Roderick Galdes – Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli

Minister for Social and Affordable Accomodation

L-Onor Silvio Schembri – Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi

Minister for the Economy, Enterprise and Strategic Projects  

L-Onor Julia Farrugia Portelli – Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat

Minister for Inclusion and the Voluntary Sector

L-Onor Clint Camilleri – Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar

Minister for Gozo and Planning

L-Onor Byron Camilleri – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza

Minister for Home Affairs, Security, Reforms and Equality

L-Onor Clayton Bartolo – Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika

Minister for Tourism and Public Cleanliness

L-Onor Miriam Dalli – Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

Minister for the Environment, Energy and Regeneration of the Grand Harbour

L-Onor Clyde Caruana – Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol

Minister for Finance and Employment

L-Onor Clifton Grima – Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Minister for Education, Sport, Youth, Research and Innovation


L-Onor Stefan Zrinzo Azzopardi – Ministru għall-Artijiet u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali

Minister for Lands and the Implementation of the Electoral Programme

L-Onor Jonathan Attard – Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni

Minister for Justice and Reform of the Construction Sector

L-Onor Jo Etienne Abela – Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Minister for Health and Active Ageing

L-Onor Chris Bonett – Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi 

Minister for Transport, Infrastructure and Public Works

SEGRETARJI PARLAMENTARI/PARLIAMENTARY SECRETARIES

L-Onor Andy Ellul – Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru

Parliamentary Secretary for Social Dialogue within the Office of the Deputy Prime Minister

L-Onor Alison Zerafa Civelli – Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Parliamentary Secretary for Local Government within the Ministry for National Heritage, the Arts and Local Government

L-Onor Keith Azzopardi Tanti – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Parliamentary Secretary for Youth, Research and Innovation within the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation

L-Onor Rebecca Buttigieg – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza

Parliamentary Secretary for Reforms and Equality in the Ministry for Home Affairs, Security, Reforms and Equality

L-Onor Alicia Bugeja Said – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fil-Ministeru għall-Agrikultura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali

Parliamentary Secretary for Fisheries, Aquaculture and Animal Rights within the Ministry for Agriculture, Fisheries and Animal Rights

L-Onor Malcolm Paul Agius Galea – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva

Parliamentary Secretary for Active Ageing

L-Onor Omar Farrugia – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi

Parliamentary Secretary for Public Works

L-Onor Glenn Bedingfield – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika

Parliamentary Secretary for Public Cleanliness​