Month: January 2025

PR250074

Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li l-għaqdiet mhux governattivi se jibqgħu jsibu spalla mill-gvern biex iwettqu proġetti ta’ ġid għas-soċjetà

Ġie inawgurat l-ewwel kumpless għall-kura paljattiva f’pajjiżna ta’ Hospice Malta. Il-kumpless St Michael’s Hospice tlesta fosthom frott investiment ta’ madwar €9 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, l-NDSF u fondi Ewropej.

Dan l-investiment fil-proġett se jwassal biex il-madwar 1,500 pazjent u familja li taħdem magħhom Hospice Malta jingħataw kura paljattiva aħjar u b’dinjità aktar xierqa f’dan il-kumpless li se joffri għadd ta’ servizzi, fosthom minn psikoterapisti. F’dan il-kumpless se jingħata wkoll taħriġ lill-professjonisti fil-qasam tal-kura paljattiva. Is-servizzi komprensivi li se jingħataw se jgawdu minnhom persuni li ma jibqgħux jirċievu kura fl-isptarijiet u li ma jistgħux jgħixu fir-residenzi tagħhom. Fil-fatt, f’dan il-kumpless hemm ukoll ġnien aċċessibbli li joffri serenità lill-pazjenti u l-familji tagħhom f’fażi delikata fil-ħajja tagħhom.

F’indirizz li għamel, il-Prim Ministru Robert Abela fisser il-ħidma ta’ Hospice Malta bħala waħda importanti u li tempatizza ma’ tant familji. Qal li l-qagħda ekonomika b’saħħitha ta’ pajjiżna trid tkompli sservi ta’ ġid għal proġetti soċjali bħal dak ta’ Hospice li l-gvern appoġġja bis-saħħa permezz tal-NDSF u l-fondi allokati minn fondi Ewropej.

“Malta li nemmen fiha hi Malta li tagħder u li turi l-imħabba. Malta fejn kull familja hi importanti u tkun ta’ spalla quddiem mumenti ta’ sfida. Fil-mument tal-bżonn nassigura lil dawk il-familji, li se jibqgħu jsibu gvern warajhom u magħhom biex jagħti l-għajnuna,” saħaq il-Prim Ministru Robert Abela. Żied jgħid li l-għaqdiet mhux governattivi għandhom jibqgħu jsibu fil-gvern sieħeb importanti biex iwettqu l-ħolm tagħhom favur is-soċjetà.

Il-prim ministru nnota li lil hinn mill-finanzjament, dan il-proġett jirrikonoxxi li persuna ħaqqha ħtiġijiet u appoġġ emozzjonali f’ambjent kalm u li jirrispetta l-istadji kollha tal-ħajja tal-persuna. Dr Abela temm jawgura aktar ħidma importanti mwettqa minn Hospice Malta u nnota li dan l-investiment sar frott ukoll ħidma konġunta bejn l-Istat u l-Arċidjoċesi ta’ Malta.

PR250069

Kumpanija tal-avjazzjoni li għandha ċentru ta’ operat f’pajjiżna se tkun qed tinvesti f’sitt ajruplani tat-tip 777 Converted Freighter u se jkunu reġistrati f’pajjiżna. Il-kumpanija li ġġorr il-merkanzija u timpjega Maltin f’pajjiżna jisimha Challenge Air Cargo u f’konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ġimgħa filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela nnota dan l-investiment bħala att ieħor ta’ fiduċja f’pajjiżna permezz ta’ investiment ta’ kwalità li jkompli jgħin biex jinħolqu karrieri ta’ kwalità li jrendu għall-familji f’pajjiżna.

Dan l-investiment se jkun qed jikkumplimenta t-tliet ajruplani tat-tip 767 Freighter li diġà għandha fi ħdanha l-istess kumpanija. F’dawn l-aħħar snin, Challenge Air Cargo, li fost oħrajn tiffoka l-operat tagħha fuq il-ġarr tal-merkanzija, investiet biex issa qed iġġorr man-nofs miljun tunnellata fis-sena f’merkanzija. Dan billi anke mill-2018 lil hawn, irrilokat l-uffiċċju ewlieni tagħha f’pajjiżna u qed tħaddem mal-140 persuna lokalment. Fl-istess żmien irnexxielha tikseb Air Operator Cerificate u ġiet rikonoxxuta bħala Approved Training Organisation.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela sostna kif ħames snin ilu, waħda mill-ewwel impenji li kellu kienet marbuta mas-settur tal-avjazzjoni u dakinhar pajjiżna kellu mal-500 ajruplan irreġistrat taħt il-bandiera tiegħu. “Illum sodisfatt ninnota li għandna 920 ajruplan irreġistrat taħt pajjiżna. Jiġifieri f’inqas minn ħames snin rnexxielna nirduppjaw in-numru ta’ ajruplani rreġistrati magħna. Għalhekk inħares ’il quddiem li nilħqu l-1,000 ajruplan irreġistrat fix-xhur li ġejjin,” sostna l-Prim Ministru.

Dr Abela aċċenna għall-Malta Vision 2050 hekk kif sostna li din, b’mod ħolistiku, se timbotta ’l quddiem is-setturi differenti f’pajjiżna lejn it-tranżizzjoni diġitali u ħadra. “Konvint li b’konsultazzjoni mal-imsieħba kollha konċernati se nkunu qed nipprovdu bażi soda għall-implimentazzjoni ta’ din il-viżjoni. Intant fix-xhur li ġejjin se naħdmu wkoll sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tar-riżorsa umana f’pajjiżna permezz tar-reskilling u l-upskilling,” sostna l-Prim Ministru hekk kif fakkar ukoll fl-introduzzjoni tal-Labour Migration Policy li għandha tassigura qasam tax-xogħol li jirrifletti l-bżonnijiet tal-pajjiż filwaqt li tkompli tassigura d-drittijiet lill-ħaddiema.  

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett tenna kif dan il-proġett jixhed id-direzzjoni tal-Gvern fis-settur tal-avjazzjoni. Investiment mill-kumpanija Challenge Group li sena wara oħra kompliet tikber fl-operat tagħha u toffri l-aqwa opportunitajiet ta’ impjiegi. Huwa temm jgħid, “Dan il-proġett jgħaqqad ma’ katina ta’ investimenti li saru u qed isiru tant li llum ninsabu f’punt fejn pajjiżna għandu aktar minn disa’ mitt ajruplan reġistrat taħt il-bandiera Maltija li flimkien qed ikomplu jwessgħu l-konnettività tagħna mal-kumplament tad-dinja.”

PR250065

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat inawgura l-proġett ta’ restawr tal-binja tal-KunsillLokali tar-Rabat (Malta), Dar ir-Rabtin. Binja li se sservi wkoll il-bżonnijiet tal-komunità Rabtija. Dar ir-Rabtin, li tinsab fiċ-ċentru tal-lokalità, sarilha xogħol ta’ restawr estensiv sabiex isservi għal diversi għanijiet, kemm dawk relatati ma’ ħidmet il-Kunsill u kif ukoll dawk soċjali u edukattivi.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela faħħar il-ħidma tal-Kunsill Lokali favur il-komunità Rabtija, fejn wettqu dan l-investiment biex ikomplu joffru l-aqwa servizz lir-residenti. Huwa sostna li l-Gvern qed ikompli jsaħħaħ ir-riżorsi li jagħti lill-Kunsilli Lokali, kif ukoll qed ikompli jinvolvihom fid-deċiżjonijiet dwar il-lokalitajiet tagħhom. Innota inizjattivi li qed isiru fir-Rabat anki bil-għan li aktar servizzi jkunu qrib il-komunità, fosthom dawk fil-periferija tal-lokalità.

Il-Prim Ministru rrefera għall-Kunsilli Lokali bħala l-kollaboraturi ewlenin fil-proġetti li jrid jwettaq il-Gvern u fil-bidliet li rridu nagħmlu bħala pajjiż. Huwa appellalhom biex ma jibżgħux ikunu l-aġenti għal bidla u biex ikollhom il-kuraġġ li għada jagħmluh aħjar mil-lum. “Intom ġejtu fdati, mill-komunità li għażlitkom, biex tmexxu ’l quddiem il-bidla bil-għan li jkollna komunitajiet isbaħ, iktar inklussivi u fuq kollox sostenibbli għal ġid ta’ uliedna. F’dan kollu l-Gvern se jkun sieħeb magħkom. Nawguralkom wisq aktar ħidma b’risq il-komunità”, sostna Dr Abela. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nnota b’sodisfazzjon it-tlestija ta’ dan il-proġett ta’ restawr li sar b’investiment ta’ madwar miljun ewro. Huwa enfasizza kif din il-binja storika ġiet attrezzata b’mod modern biex tkun aktar aċċessibbli għar-residenti u tkompli isservi lill-komunità b’mod effettiv. Il-Ministru Bonnici temm billi faħħar il-ħidma li qed issir mill-Kunsilli Lokali li qed ikomplu jġibu bidla pożittiva fil-ħajja tar-residenti tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli semmiet kif il-Kunsilli Lokali huma l-ewwel punt ta’ referenza għaċ-ċittadini u li tul dawn il-31 sena ħadmu u servew viċin ir-residenti u indirizzaw l-bżonnijiet tal-familji Maltin u Għawdxin. Hija kompliet li din il-binja se sservi biex itejjeb aktar l-aċċess għar-Rabtin u dawk kollha li se jagħmlu użu minnha. Is-Segretarju Parlamentari faħħret lis-Sindku, il-Kunsilliera, s-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill Lokali tar-Rabat għax-xogħol li qegħdin iwettqu.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Sandro Craus semma x-xogħol importanti li qed jitwettaq fil-lokalità, minn proġetti u titjib infrastrutturali għal inizjattivi favur il-komunità. “Wara dan ix-xogħol kbir li twettaq biex din il-binja ġiet restawrata issa jmiss li tikber il-ħidma biex ninsġu ideat ħa nwettqu proġetti ta’ fejda għar-residenti Rabtin fil-qasam infrastrutturali, edukattivi u soċjali”, qal Sandro Craus.

PR250062

Konsli Onorarji,

Sinjuri,

Is-sena li għaddiet kienet sena impenjattiva, b’mod partikolari għaliex Malta ħadet f’idejha rwol

importanti fil-qasam internazzjonali.

Id-deċiżjoni li Malta taċċetta t-tmexxija tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-

Ewropa, waħda mill-ikbar organizzazzjonijiet reġjonali fid-dinja, tat xhieda tal-impenn ta’ pajjiżna

fil-qasam multilaterali.

Dan l-irwol ġab miegħu diversi sfidi, speċjalment fil-kuntest tal-kunflitti diversi li għaddejjin fir-

reġjun Ewropew.

Minkejja dan, Malta xorta ħadmet bla waqfien biex din l-Organizzazzjoni tibqa’ forumrilevanti

fir-reġjun wiesgħa Ewropew, b’reżiljenza quddiem diversi sfidi.

Il-qbil b’kunsens dwar it-tmexxija tal-Organizzazzjoni għas-snin li ġejjin, kif ukoll dwar il-

Presidenza tal-Iżvizzera fis-sena elfejn u sitta u għoxrin, juri biċ-ċar li l-isforzi tagħna lejn dan il-

għan taw il-frott tagħhom.

Fl-istess waqt, is-sena elfejn u erbgħa u għoxrin kienet ukoll it-tieni u l-aħħar sena tas-sħubija

mhux permanenti ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Matul dawn l-aħħar sentejn, ħdimna favur il-paċi biex nippromowvu soluzzjonijiet li jaqblu mal-

ispirtu tat-trattati ta’ din l-Għaqda u mal-liġi internazzjonali.

Flimkien mal-imsieħba tagħna, addottajna numru ta’ Riżoluzzjonijiet li fost affarijiet oħra sejħu

għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied fis-Sudan, Gaża u bnadi oħra, kif ukoll miżuri oħrajn biex in-

Nazzjonijiet Magħquda titpoġġa f’qagħda li tindirizza l-isfidi immedjati li qed naffaċċjaw illum

kif ukoll l-isfidi tal-ġejjieni.

Is-sena li għaddiet kienet impenjattiva wkoll mil-lat ekonomiku u kummerċjali, oqsma li fihom

intom bħala Konsli Onorarji tagħtu kontribut sostanzjali permezz tal-irwol partikolari tagħkom.

Għal darb’oħra, Malta rnexxielha ssostni l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea,

rata ta’ ħamsa fil-mija.

Biex nilħqu l-għanijiet tagħna f’dan il-qasam, komplejna naħdmu biex nippromwovu l-kummerċ u

l-investiment dirett barrani permezz ta’ koperazzjoni sħiħa ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll ma’ entitajiet

u intrapriżi barranin li joperaw f’oqsma diversi.

Is-servizzi li toffru, kemm liċ-ċittadini Maltin kif ukoll liċ-ċittadini tal-pajjiżi li tirrappreżentaw,

jgħinu wkoll biex l-intrapriżi Maltin jiltaqgħu ma’ sħab ġodda barra minn xtutna, u permezz ta’

dan tagħtu sehem importanti fit-tkattir tal-kummerċ internazzjonali f’pajjiżna.

Intant, f’kuntest fejn l-Unjoni Ewropea qed iżżid il-ħidma tagħha biex ittejjeb is-sigurtà

ekonomika, nirringrazzjakom tas-sehem importanti li tagħtu biex jitkattru relazzjonijietkummerċjali ġodda mal-pajjiżi li tirrappreżentaw, u b’hekk tagħtu kontribut lejn id-

diversifikazzjoni tal-kummerċ barrani.

Il-ħidma lejn id-diversifikazzjoni ma teskludix il-fatt li s-settur tat-turiżmu jibqa’ mutur importanti

ekonomiku.

Fis-sena li għadha kif intemmet, Malta għaldarboħra laqgħet iktar minn tliet miljun turist, grazzi

għax-xogħol siewi imwettaq mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Fis-snin li ġejjin, il-Gvern Malti huwa determinat li jkompli jsostni l-prodott turistiku Malti b’mod

li jattira turisti minn oriġini ġodda u turisti ta’ kwalità.

Għalhekk is-sapport tagħkom joffri serħan il-moħħ lil min ikun qiegħed iżur pajjiżna u għajnuna

prattika f’sitwazzjonijiet li jirrikjedu li tingħata assistenza urġenti.

Sinjuri,

Hekk kif inħarsu ’l quddiem lejn is-sena elfejn u ħamsa u għoxrin, aħna impenjati li nkomplu

naħdmu bis-sħiħ fi ħdan il-komunità internazzjonali u fl-isfera multilaterali.

Il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà se jservu bħala l-qalb ta’ din il-ħidma, bil-għan li l-

ebda pajjiż ma jaqa’ lura.

Proprju f’Mejju li ġej, Malta ser tieħu f’idejha r-riedni ta’ organizzazzjoni reġjonali oħra għar-

raba’ darba.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu, ser tkun okkażjoni sinifikanti għal pajjiżna

għax hi opportunità fejn nuru x-xogħol li qed tagħmel Malta biex tavvanza elementi relatati mad-

drittijiet tal-bniedem, f’din is-sena li fiha se niċċelebraw is-60 anniversarju tas-sħubija tagħna

f’din l-Organizzazzjoni.

Sinjuri,

Fl-2024, Malta baqgħet kommessa li tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi urġenti tal-

iżvilupp u għajnuna umanitarja, kemm fil-Mediterran kif ukoll fid-dinja.

Lejn dan il-għan, Malta tat prijorità lil inizjattivi li jsaħħu d-dinjità, ir-reżiljenza, u l-progress fil-

komunitajiet l-aktar vulnerabbli.

Fil-Mediterran, tajna appoġġ lill-pajjiżi ġirien billi ffaċilitajna l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ

vokazzjonali, kif ukoll għinna biex intejbu l-aċċess sostenibbli għall-ilma.

Il-kollaborazzjoni ta’ Malta ma’ msieħba reġjonali żgurat li l-isforzi tagħna taw kontribut għall-

istabbilizzazzjoni ta’ stati dgħajfa u għall-immaniġġjar tal-migrazzjoni.

Boroż ta’ studju speċjalizzati fit-taħriġ marittimu, mogħtija lil professjonisti minn pajjiżi tal-

Afrika ta’ Fuq, saħħew l-impenn tagħna lejn l-iżvilupp tal-ħiliet tan-nies fir-reġjun.

Bħala parti mill-impenn tagħna lejn l-iżvilupp sostenibbli, iffukajna wkoll fuq it-tisħiħ tar-

reżiljenza għall-kriżijiet fin-nazzjonijiet l-iktar vulnerabbli.

F’dan il-qasam, mexxejna ’l quddiem inizjattivi edukattivi li b’mod dirett għenu komunitajiet

differenti, bħal boroż ta’ studju għal taħriġ speċjalizzat.

2Malta ħadmet b’mod konsistenti biex issostni rabtiet sodi ma’ popli diversi barra minn xtutna.

Il-Fond għad-Diplomazija Kulturali għen lil diversi rappreżentanzi Maltin f’pajjiżi oħra biex

iwettqu firxa ta’ proġetti kulturali intenzjonati biex jippromwovu t-talent Malti barra minn Malta,

irawmu l-koperazzjoni internazzjonali, jibnu l-kollaborazzjonijiet, kif ukoll jgħinu l-għanijiet tal-

politika barranija Maltija.

Fiċ-ċentru tad-diplomazija jinstab impenn biex jiġu kkultivati relazzjonijiet internazzjonali aktar

b’saħħithom u biex titrawwem koperazzjoni dejjiema.

Hekk kif nilqgħu s-sena l-ġdida, għandna nieħdu l-opportunità li nikkonfermaw mill-ġdid id-

dedikazzjoni tagħna lejn Malta biex tibqa’ miftuħa, dinamika, u kollaborattiva, lejn it-tisħiħ tal-

kummerċ barrani, u lejn l-iskambju kulturali, biex ir-relazzjonijiet tagħna ma’ pajjiżi oħra dejjem

ikomplu jitkattru.

Nixtieq nagħlaq billi għal darb’oħra nirringrazzjakom tax-xogħol importanti li għamiltu matul is-

sena li għaddiet.

Tabilħaqq, nirringrazzjakom tal-għajnuna li tipprovdu liċ-ċittadini kemm Maltin kif ukoll barranin

f’sitwazzjonijiet diffiċli, u nistqarr li s-servizz tagħkom fl-irwol ta’ Konsli Onorarji huwa

indispensabbli biex ikunu jistgħu jitmexxew ’l quddiem il-prijoritajiet kollha li għadni kif

semmejt.

Nawgura l-isbaħ xewqat tiegħi għas-sena l-ġdida lilkom u lill-għeżież tagħkom.

PR250049

Excellencies,

As we stand at the beginning of 2025, it is with a sense of reflection, gratitude, and resolve

that I extend to you, your governments and your loved ones my heartfelt best wishes for a

New Year filled with peace, prosperity, and progress.

Profound challenges continue to test the resilience of the international community.

These include ongoing conflicts in too many places around the world, including the continued

war in Ukraine, the situation in Gaza, and the threat of instability in the Middle East.

This has been accompanied by an unprecedented wave of geopolitical challenges which if left

unchecked, will continue to pose enormous risks.

Global challenges threaten to spiral out of our collective control, and the erosion of

international norms has contributed to a decline in trust and cooperation among nations,

making it more difficult to effectively address them.

But I am encouraged by the fact that Malta, together with many partners around the world,

has not wavered in the commitment to work towards an effective international system, which

must foster dialogue, champion global cooperation, advocate for peace, and uphold the rule

of law, including international law.

We have demonstrated this commitment through our efforts on both the United Nations

Security Council and at the OSCE.

In the EU context, we have worked with our European peers to advocate for international

humanitarian law, and the promotion of human dignity around the world.

In Ukraine, we have called for a comprehensive and just resolution to the war, grounded in

the principles of the UN Charter and respect for Ukraine’s sovereignty and territorial

integrity, within its internationally recognised borders.

We have not relied on words alone: we have provided financial contributions and in-kind

assistance, supporting medical facilities, de-mining initiatives, and education reintegration

programs.

From the beginning of the current conflict in Gaza, Malta has been clear on the need for an

immediate permanent ceasefire and for the immediate and unconditional release of all

hostages.

Indeed, in March 2024 we were proud to have penned Resolution 2728 together with the

Elected 10 members of the Security Council, calling for a ceasefire during Ramadan.

The ceasefire in Lebanon is an encouraging step in the right direction and we hope that it will

continue to hold for the benefit of the Lebanese and Israeli people alike.

1However, we are deeply concerned about the potential for additional instability in the wider

Middle East.

While recent events in Syria have provoked hope of a better future for the Syrian people, we

must ensure that Syria is not fragmented between the parties of this conflict.

The political process in Syria should be Syrian-led, and Syrian-owned.

Malta will continue to use all the means at its disposal, working with our international

partners, to emphasise the need for immediate, unhindered, and unimpeded humanitarian

access in and to conflict zones worldwide.

Civilians everywhere deserve to enjoy the protections offered by international law, including

the laws of war.

Excellencies,

Reflecting on the past two years at the UNSC, Malta is grateful for your countries’ invaluable

support and cooperation.

As we continued our work on the United Nations Security Council during the second year of

our mandate, we took up the challenge of concurrently chairing the world’s largest regional

security organisation, the Organisation for Security and Co-operation in Europe.

Our success in reaching consensus on the filling of the organisation’s top leadership posts and

on the Chairpersonship was a crucial lifeline for this organisation, and a demonstration that,

collectively, a belief in the relevance of the multilateral approach remains.

Malta looks forward to assuming the Presidency of the Council of Europe from May to

November, which will coincide with the 60th anniversary of our accession to the

organisation.

Malta’s priorities will reflect our ongoing advocacy for the protection of children,

accountability for Russia’s war of aggression against Ukraine, youth, and the safeguarding of

democracy and the rule of law.

This year, Malta will continue to engage actively in the International Maritime Organisation,

as a Category C member of the IMO Council, and we will continue our campaign for re-

election to this prestigious body.

I would also like to recall that during the most recent Commonwealth Heads of Government

Meeting in Samoa, Malta had the honour of being elected to chair the Commonwealth

Ministerial Action Group for the coming two years.

This will provide us with the opportunity to demonstrate our unwavering commitment to

democracy, human rights, and shared prosperity.

And looking further ahead, we are preparing our bid for membership of the Human Rights

Council from 2032 to 2034 and for a further UNSC term from 2043.

2As an island state, and one which recognises the particular and pressing climate challenges

faced by SIDS, we have launched and championed the Climate Vulnerability and Resilience

Index, developed in close partnership with the Organisation of African, Caribbean and Pacific

States and the Islands and Small States Institute at the University of Malta.

This innovative Index is designed to quantify and capture the pressing climate challenges

faced by SIDS, providing them with additional tools for developing climate resilience.

Excellencies,

Union.

Last year, we celebrated the twentieth anniversary of Malta’s accession to the European

It marked an important milestone and a key moment of reflection on the challenges and

opportunities that lie ahead of us, as we consolidate our roots in the Union.

As we step into the new year, we remain committed to working more closely with our

European family in addressing the complex foreign and domestic policy challenges which lie

ahead of us.

In November, we launched Malta’s Foreign Policy Statement, which elaborates upon the

objectives of our Foreign Policy Strategy by setting out a strategic framework for 2025-2026.

This framework is built upon three key pillars: supporting the values, well-being and

prosperity of Maltese citizens; promoting peace, security, and dialogue; and maximising

opportunities for influence in strategic regions and multilateral fora.

These three pillars will ground the work that is to come, providing a foundation as we build

upon the achievements already registered and seek to promote our priorities and ideals on the

international stage.

For a country as open to the world as Malta is, this work is indistinguishable from our

domestic priorities under the transformative Malta Vision 2050, which will build a stronger,

more inclusive Malta for current and future generations.

Excellencies,

Let us hope that 2025 is a year where our common humanity will prevail above all, and

where we recognise that peace and stability can only be guaranteed through continuous

dialogue and engagement.

I thank you for your continued partnership as we support each other in pursuing the ideals

that we hold dear, and I assure you that Malta will remain a committed and reliable partner as

we work together to address our current and future challenges.

On behalf of the Government of Malta, I would once again like to wish you and your nations

a peaceful, and prosperous New Year.