[vc_row css=”.vc_custom_1511855639100{background-color: #ebebe9 !important;}”][vc_column css=”.vc_custom_1511863685745{padding-bottom: 125px !important;}”][vc_column_text el_class=”color-blue” css=”.vc_custom_1513712769533{margin-top: 20px !important;margin-bottom: 55px !important;}”]

Il-Berġa ta’ Kastilja

[/vc_column_text][vc_column_text el_class=”color-brown” css=”.vc_custom_1513711898323{margin-bottom: 55px !important;}”]

Il-Berġa ta’ Kastilja tiddomina sew l-għolja ta’ Xiberras li fuqha bdiet tinbena l-Belt Valletta fit-28 ta’ Marzu tal-1566 ftit wara l-Assedju l-Kbir tal-1565. L-ewwel ġebla tagħha tinsab fl-inħawi tal-istess Berġa. Filfatt l-Berġa ta’ Kastilja tinsab fil-pjazza li ġġib isimha u li hija l-ogħla post tal-Belt Valletta, b’għoli ta’ madwar 180 pied.

[/vc_column_text][vc_single_image image=”550″ img_size=”full” add_caption=”yes”][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small”]Din il-Berġa kienet tappartjeni lil-Lingwa tal-Kavallieri ta’ Kastilja u Leon, flimkien ma’ dawk Portugiżi tal-Ordni ta’ San Ġwann. Din l-Berġa nbniet darbtejn – fl-1573 u fl-1741. Il-bidu tagħha tafu meta fl-20 ta’ Settembru 1569, il-Lingwa ta’ Kastilja xtrat l-art fejn hemm din l-Berġa, li kienet blokka nru 19 u, waqt il-Kapitlu Ġenerali tal-1570, din l-Lingwa ngħatat id-dritt biex tagħmel taxxa fuq il-membri tagħha u jinġabru flus ħalli tinbena l-Berġa ta’ Kastilja. [/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown font-time”]

1573

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small”]L-ewwel berġa nbniet fl-1573 mill-Perit Malti Ġlormu Cassar (1520-1592) u  kienet waħda mill-ewwel binjiet fil-Belt Valletta. Il-Kunsill tal-Ordni kien qed jaħseb li jibni l-Palazz tal-Gran Mastru f’dan il-post, liema pjan inbidel wara li n-neputi tal-Gran Mastru Taljan Pierre del Monte (1568-1572), Eustachio del Monte, kien bena dar fejn preżentament hemm il-Palazz tal-President. Il-Gran Mastru Del Monte kien ipperswada lill-istess Kunsill tal-Ordni biex jixtru din l-proprjetà u jikkonvertuha fil-Palazz tal-Gran Mastru.[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown font-time”]

1693

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small”]Fil-11 ta’ Jannar 1693 terremot qawwi laqat lil Malta u ħalla diversi ħsarat f’bini fil-Belt Valletta, fit-Tlett Ibliet u fl-Imdina. Il-Berġa ta’ Kastilja ġarrbet ħsarat konsiderevoli, l-aktar fil-faċċata tal-ġenb, in-naħa ta’ Triq il-Merkanti.

[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown font-time”]

1736

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small”]Fl-1736, ħafna kavallieri tal-Lingwa ta’ Kastilja bdew iħossu l-ħtieġa li tinħatt il-Berġa u tinbena oħra akbar. Fil-25 t’April 1741 il-Mastru Duminku Cachia ffirma dokument legali pubbliku biex jonora li jwaqqa’ l-Berġa oriġinali u minflok tinbena waħda ġdida.[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_single_image image=”557″ img_size=”full” add_caption=”yes”][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown”]

Il-Berġa reġgħet inbniet mill-ġdid mill-Perit Malti Antonio Belli (1703-1772) kif nafuha llum fuq stil Barokk bejn l-1741 u l-1745.

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small paragraph-bottom-20″]Din inbniet fiż-żmien il-Gran Mastru Portugiż Manuel Pinto de Fonseca (1628-1773) li kien jappartjeni għall-istess Lingwa tal-Berġa u li laħaq Gran Mastru fit-18 ta’ Jannar 1741. Bust ta’ dan il-Gran Mastru jinsab fuq il-bieb ewlieni tal-istess Berġa.

Fiż-żmien pjuttost qasir tal-ħakma Franċiża (1798-1800), il-Berġa kienet tintuża bħala kwartieri tal-uffiċjali u parti minnha bħala l-Uffiċċju tal-Kummissjoni biex tmexxi l-proprjetà u l-artijiet li kienu għand l-Ordni ta’ San Ġwann.[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown font-time”]

1860

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small paragraph-bottom-20″]

Fi żmien il-ħakma Ingliża, dan il-bini serva bħala l-kwartieri tal-Armata Ingliża f’Malta bejn l-1859 u l-1970. Fl-1860 kien sar arblu tal-istazzjon tas-sinjali fuq l-bejt tal-Berġa ta’ Kastilja, biex issir komunikazzjoni mal-vapuri tal-gwerra fil-Port il-Kbir.[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown font-time”]

1922

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small paragraph-bottom-20″]Fatt interesanti kien li f’Jannar tal-1922, fl-Assemblea Leġiżlattiva (Parlament), qamet il-materja ta’ nuqqas ta’ spazju fil-Palazz u tressqet rizoluzzjoni fejn talbet lill-Gvernatur biex, bil-kunsens tal-Awtoritajiet Imperjali, jagħti l-Berġa ta’ Kastilja biex tibda tintuża bħala bini tal-Parlament. Din il-kwistjoni damet għaddejja sal-1929 fejn imbagħad il-Gvern Malti poġġa t-talba fil-ġenb minħabba li l-Awtoritajiet Militari ma ridux jitilqu l-binja minn taħt idejhom.[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown font-time”]

1942

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small paragraph-bottom-20″]Il-Berġa wkoll ma ħelsithiex mill-qilla tat-Tieni Gwerra Dinjija u fis-7 t’April 1942 intlaqtet minn bomba ta’ kalibru qawwi, li farrket it-torri tas-sinjali, kissret it-taraġ prinċipali u saret ħsara fil-ħajt tal-bitħa.[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][vc_single_image image=”564″ img_size=”full” alignment=”center” css=”.vc_custom_1513714945871{margin-top: 15px !important;margin-bottom: 45px !important;}”][vc_row_inner][vc_column_inner width=”1/3″][vc_column_text el_class=”color-brown font-time”]

1972

[/vc_column_text][/vc_column_inner][vc_column_inner width=”2/3″][vc_column_text el_class=”font-extra-small paragraph-bottom-20″]Mis-6 ta’ Marzu 1972 sal-lum, il-Berġa ta’ Kastilja serviet ir-rwol tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. F’dawn is-snin kollha l-Berġa laqgħet diversi dinjitarji minn kull rokna tad-dinja u minn fejn ukoll saret ħidma kbira li kellha impatt sfieq fin-nisġa tal-ġens Malti. L-akbar akkwisti f’din il-ħidma kienu li Malta saret Repubblika fit-13 ta’ Diċembru tal-1974, il-kisba tal-Ħelsien mill-bażijiet militari Britanniċi fil-31 ta’ Marzu tal-1979, is-sħubija bħala stat membru fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2014 u l-ewwel Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bejn Jannar u Ġunju tal-2017.[/vc_column_text][vc_single_image image=”566″ img_size=”full”][vc_column_text el_class=”font-extra-small paragraph-bottom-20″]Rwol ewlieni ieħor tal-Berġa ta’ Kastilja kien fid-diversi summits internazzjonali li nżammu f’Malta. L-aktar tliet summits ewlenin kienu l-laqgħat storiċi bejn il-President tal-Istati Uniti tal-Amerika George Bush u l-President Sovjetiku Mikhail Gorbachev bejn it-2 u t-3 ta’ Diċembru tal-1989 minn fejn beda it-tmiem tal-Gwerra Bierda. Summit ieħor importanti kien dak tal-Euro-Med, li nżamm f’pajjiżna bejn il-15 u s-16 t’April tal-1997. Ta’ importanza kbira internazzjonali kien il-Valletta Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-kontinent Afrikan, li nżamm f’Malta bejn il-11 u t-12 ta’ Novembru 2015, liema summit kien sar fuq l-inizjattiva tal-Gvern Malti ħalli tiġi diskussa l-problema tal-immigrazzjoni mill-Afrika lejn l-Ewropa.[/vc_column_text][/vc_column_inner][/vc_row_inner][/vc_column][/vc_row]