Il-Gvern ta’ Malta jiskatta l-proċess ġudizzjarju kontra l-MIDI biex jiddefendi l-pożizzjoni tal-poplu dwar Manoel Island

PR251007

10/06/2025

Il-Gvern ta’ Malta llum skatta proċess ġudizzjarju, b’ittra ġudizzjarja fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li permezz tagħha asserixxa l-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-kumpanija MIDI, li ma wettqitx l-obbligi tagħha skont il-kuntratt pubbliku tal-15 ta’ Ġunju 2000 li bih ġew konċessi lilha b’ċens għal 99 sena artijiet u binjiet f’Tigne Point Tas-Sliema u f’Manoel Island il-Gżira.

Il-Gvern għamilha ċara illi l-kumpanija għandha tħallas il-penali dovuti minnha u illi huwa mhuwiex bi ħsiebu jestendi t-terminu għat-tlestija tax-xogħlijiet jew jirrinunzja għal xi drittijiet skont il-kuntratt.

Il-Gvern iqis illi dan huwa l-ewwel pass li jirrifletti l-impenn pubbliku li ta l-Prim Ministru Robert Abela biex l-art ta’ Manoel Island tingħata lura lill-poplu fl-interess u l-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin.

L-ittra ġudizzjarja qed tkun ippubblikata.

FacebookTwitter