Il-Prim Ministru Robert Abela f’taħdidiet mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda António Guterres

PR231440

23/09/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda António Guterres, meta ssokta bl-impenji tiegħu fil-bini tan-Nazzjonijiet Magħquda. Wara li indirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru ddiskuta ma’ António Guterres temi ta’ interess komuni għaż-żewġ naħat. 

Malta u n-Nazzjonijiet Magħquda għandhom ħafna pożizzijonijiet komuni u l-laqgħa kienet waħda li fuq l-aġenda kellha temi li pajjiżna ilu jitkellem dwarhom.

Is-Segretarju Ġenerali António Guterres feraħ lil Malta għall-irwol tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Maħgquda, b’mod partikolari fil-perjodu tal-Presidenza.

Tema oħra fuq l-aġenda kienet il-Libja. Il-Prim Ministru spjega l-ħtieġa li l-Libja tkun megħjuna mhux biss minħabba dak li ġara reċentement biċ-ċiklun Daniel, iżda wkoll minħabba l-ħtieġa ta’ Libja stabbli skont ix-xewqat tal-poplu Libjan. 

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg.

FacebookTwitter
Skip to content