Il-Prim Ministru Robert Abela fi New York għat-78 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda

PR231402

19/09/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jipparteċipa fit-78 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda li qed tiltaqa’ din il-ġimgħa. Fi New York, il-Prim Ministru mhux biss se jindirizza l-Assemblea Ġenerali, iżda se jkollu wkoll sensiela ta’ laqgħat bilaterali u impenji oħra.

It-tema magħżula għal din is-sena hi ‘Rebuilding trust and reigniting global solidarity: Accelerating action on the 2030 Agenda and its Sustainable Development Goals towards peace, prosperity, progress and sustainability for all’.

FacebookTwitter
Skip to content