Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lil Gianluca Bezzina, ir-rebbieħ tal-Festival Kanzunetta Maltija ‘Mużika Mużika’

29/03/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lil Gianluca Bezzina, ir-rebbieħ tal-Festival Kanzunetta Maltija ‘Mużika Mużika’.

Il-Prim Ministru rrimarka fuq l-importanza ta’ festivals bħal dawn li jiċċelebraw il-kultura u l-lingwa Maltija filwaqt li joffru pjattaforma lit-talent Malti.

Il-Gvern se jkompli jinvesti f’dawn l-avvenimenti, li tniżżlu fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna, u li jagħtu l-opportunità lil kantanti, awturi u kompożituri lokali li jipproduċu kanzunetti Maltin.

FacebookTwitter
Skip to content