Il-Prim Ministru Robert Abela jippreżenta midalji fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2023

30/05/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela ppreżenta l-midalji fid-dixxiplina sportiva tal-isquash (singles) tan-nisa, fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2023. Il-Prim Ministru Abela ppreżenta l-midalja tad-deheb lill-atleta ta’ Malta, Colette Sultana, il-midalja tal-fidda lill-atleta ta’ Malta, Lijana Sultana, u l-midalja tal-bronż lill-atleta tal-Lussemburgu, Sandra Denis. Preżenti għall-għoti tal-midalji kien hemm ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

FacebookTwitter
Skip to content