Il-Prim Ministru Malti f'laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol fi Brussell

18/04/2024

Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez qabel il-Kunsill Ewropew Speċjali li qed jitlaqqa’ fi Brussell. Iż-żewġ mexxejja ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari l-kriżi umanitarja f’Gaża u l-importanza tal-waqfien mill-ġlied b’mod permanenti flimkien mal-ħelsien ta’ ostaġġi maqbuda mill-Ħamas f’Ottubru li għadda.

Malta u Spanja huma wkoll żewġ pajjiżi minn erba’ stati membri li qablu li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani.

FacebookTwitter
Skip to content