15/12/2025
F’Ruma, wara l-laqgħa mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore, fejn jinsab il-qabar ta’ Papa Franġisku.
Hawnhekk, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ sitt persuni li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kif ukoll ma’ uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, li matul il-jum tal-Ħadd attendew għal quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, immexxija minn Papa Ljun fejn ġie ċċelebrat il-Ġublew tal-Priġunieri.
Malta ingħaqdet ma’ diversi pajjiżi oħra għal din iċ-ċelebrazzjoni li kienet iddedikata għall-priġunieri minn madwar id-dinja, bħala parti mill-Ġublew tal-Pellegrini tat-Tama 2025 li kien ta bidu għaliha il-Papa Franġisku.
“L-opportunità li tajna lil dawn il-persuni tirrifletti l-ħidma tagħna favur ir-riabilitazzjoni tagħhom, sabiex jirritornaw lura lejn is-soċjetà bħala persuni aħjar,” tenna Dr Abela.



