Il-Prim Ministru Robert Abela jsegwi kompetizzjonijiet tal-għawm fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

02/06/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq fejn segwa kompetizzjonijiet fid-dixxiplina tal-għawm bħala parti mil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2023. Il-Prim Ministru Abela ltaqa’ ma’ bosta atleti Maltin u voluntiera li qed jagħtu sehemhom f’dawn il-Logħob. Il-Prim Ministru ppreżenta midalji tad-deheb, tal-fidda u tal-bronż lil diversi atleti rebbieħa f’kompetizzjonijiet tal-għawm.

FacebookTwitter
Skip to content