[vc_row full_width=”stretch_row_content_no_spaces” disable_element=”yes” css=”.vc_custom_1526375682419{padding-top: 325px !important;padding-bottom: 325px !important;background-image: url(https://opmtstweusa01.blob.core.windows.net/opmtstweusa01-cwp01/2017/09/pm-pic.jpg?id=160) !important;background-position: center !important;background-repeat: no-repeat !important;background-size: cover !important;}”][vc_column][/vc_column][/vc_row][vc_row css=”.vc_custom_1505807920984{border-bottom-width: 2px !important;border-bottom-color: #80756d !important;border-bottom-style: solid !important;}”][vc_column css=”.vc_custom_1505822024235{padding-top: 75px !important;padding-right: 40px !important;padding-left: 40px !important;}”][vc_column_text el_class=”color-brown” css=”.vc_custom_1516183154566{margin-bottom: 70px !important;}”]

Dr. Joseph Muscat twieled il-Pieta’ fi 22 ta’ Jannar 1974. Hu miżżeweġ lil Michelle nee’ Tanti, u għandhom żewġt ibniet tewmin , Etoile Ella u Soleil Sophie.  Hu kien imur l-iskola Primarja tal-Gvern ta’ San Pawl il-Baħar, Stella Maris u l-Kulleġġ San Alwiġi. Hu gradwa mill-Universita’ ta’ Malta f’Baċċelerat tal-Kummerċ (Hon.) f’Management u Public Policy, u aktar ‘il quddiem  Masters fi Studji Ewropej. Fl-2007, hu ġab id-Dottorat fil-Filosofija u ‘Management Research mill-Universita’ ta’ Bristol.

[/vc_column_text][vc_column_text el_class=”color-white line-height-double font-extra-small max-width-825″ css=”.vc_custom_1527259272284{margin-bottom: 80px !important;}”]Joseph Muscat beda l-karriera tiegħu mal-midja tal-Partit Laburista bejn l-1992 u l-1997, fejn spiċċa l-karriera tiegħu f’dan il-qasam bħala Viċi Kap tal-Aħbarijiet. F’dan iż-żmien, Dr. Muscat kien membru attiv tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fejn kien Segretarju Finanzjarju(1994-1997) u aġent Chairperson fl-1997. Aktar tard hu kien ġie elett ukoll bħala membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista u wara innominat  bħala Segretarju Edukattiv.

Dr. Muscat kien elett u serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew mill-2004 sal-2008, qabel irriżenja minn dan ir-rwol biex jikkontesta  għal pożizzjoni ta’ Mexxej tal-Partit Laburista fl-2008

Fl-2006 , il-potenzjal ta’ Joseph Msucat kien rikonoxxut meta rċieva l-premju li jingħata għall-Persuna Żagħżugħa li tkun spikkat matul is-sena.

Joseph Muscat kien elett Mexxej tal-Partit Laburista fl-2008, u serva bħala Kap tal-Oppożizzjoni sa’ Marzu 2013 sakemm il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet b’maġġoranza storika u b’hekk laħaq Prim Ministru.

L-ewwel leġislatru tal-Prim Ministru kienet immarkata mill-attitudni li addotta l-Gvern favur in-negozju li ħolqot klima f’Malta biex in-negozju jiffjorixxi filwaqt li ġie attirat ammont ta’ investiment barrani bla preċedent. L-ewwel leġislatura ta’ Muscat tibqa’ tissemma għal bidla li kien hawn fl-ekonomija Maltija – fejn f’erba’ snin biss il-Gvern ħoloq mudell ekonomiku  li ħafna pajjiżi oħra jixtiequ japplikaw għalihom. Il-Gvern daħħal id-dritt tal-unjoni ċivili  – pass storiku li wassal biex Malta tkun pajjiż prominenti fuq l-għoti ta’ drittijiet ċivili  globalment . Waqt l-ewwel leġislatura ta’ Joseph Muscat kienu eliminati l-mediċini out-of-stock, tnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija, ġiet introdotta is-sistema ta’ childcare b’xejn għal kull ġenitur li jaħdem, u kienu introdotti sistemi ta’ inwork u tapering tal-benefiċċji bħala għajnuna għal min jerġa jidħol fid-dinja tax-xogħol

Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku bla preċedent, ir-rata għolja ta’ persuni jaħdmu u l-inqas rata ta’ nies bla xogħol fl-istorja  kienu uħud mill-fatturi ewlenin li kkontribwixxew  biex il-Prim Ministru Muscat jkollu t-tieni rebħa storika f’Ġunju 2017. L-amministrazzjoni ta’ Muscat tejbet il-ġid tal-pajjiż, billi naqsu il-familji f’riskju ta’ faqar bin-nofs, żiedu l-pensjonijiet għall-ewwel darba f’25 sena u ntlaħaq ftehim  biex tiżdied il-paga minima għall-ewwel darba fi 30 sena.

Wara r-rebħa tal-2017, il-Prim Ministru Muscat kompla jsaħħaħ l-ekonomija Maltija  billi sar aktar investiment f’setturi kruċjali bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-enerġija.  Fl-istess waqt  il-Gvern żamm prijorita’ l-libertajiet ċivili u t-tieni leġislatura bdiet billi għaddiet mill-Parlament il-liġi għaż-Żwieġ Indaqs li llegaliżżat iż-żwieġ għall-persuni tal-istess stess.

Joseph Muscat hu wieħed mill-aktar mexxejja progressivi ta’ Malta, li ffoka l-politika tiegħu f’kull livell tas-soċjeta’. Il-Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Muscat introduċa wkoll miżuri favur il-familja, li wasslu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol b’9%, filwaqt li żdiedu miżuri bix jgħinu il-familji jkunu sidien ta’ djar tagħhom bħal miżura tal-first-time buyers.

Bħala pajjiż , Malta kompliet teċċedi l-aspettativi, bħal meta għall-ewwel darba kellna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropa u meta eliminajna id-defiċit tal-pajjiż. L-għan tal-Gvern hu li nkompli nqassmu  l-ġid li joħloq il-pajjiż  lil dawk li għandhom bżonn l-aktar  u biex tiġi implimentata il-viżjoni ekonomika ta’ Malta – waħda fejn Malta tkun iċ-ċentru tal-innovazzjoni u minn fejn joriġinaw l-ideat .

[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row css=”.vc_custom_1505822422831{padding-top: 20px !important;padding-right: 15px !important;padding-bottom: 80px !important;padding-left: 15px !important;}”][vc_column width=”1/2″][vc_column_text el_class=”color-brown”]

13 -il
Prim Ministru
tar-Repubblika ta' Malta
[/vc_column_text][/vc_column][vc_column width=”1/2″][vc_column_text el_class=”color-brown assume-office text-right”]MAĦTUR PRIM MINISTRU

11 TA’ MARZU 2013

[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row]